Rapporti li Anton Attard uża flus biex jintlagħbu fuq Michela fl-2019 permezz ta' Yorgen Fenech

... u Jason Micallef u Howard Keith jerġgħu jidħlu f'argument jaħraq

Anton Attard
Anton Attard

Il-Eurosvision reġa' jinsab f'nofs kontroversja hekk kif rapporti dalgħodu indikaw illi kien Anton Attard li anke fl-2019, permezz ta' Yorgen Fenech, għen biex jintlagħbu l-flus u allura ttejjeb il-pożizzjoni ta' Malta fl-imħatri. Dik is-sena Malta kienet rappreżentata bil-kantanta Michela.

Rapport fuq The Times ifakkar li Michela kienet ir-rebbieħa tal-X Factor li jipproduċi l-istess Attard. 

Fl-aħħar ġimgħat tnieda awditjar mil-Ministru Carmelo Abela fuq akkużi illi parti mill-baġit tad-delegazzjoni Maltija li tellgħet lil Destiny kien użat biex jintlagħbu flus u allura jagħtu impressjoni aħjar tad-diska Maltija fuq is-siti tal-logħob tal-azzard. 

Intant din l-istorja reġgħet qajmet argument jaħraq bejn iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali Belt Valletta Jason Micallef u Howard Keith.  Micallef qal illi Howard Keith: "M'għad għandek farka kredibiltà ma' ħadd, jekk qatt xi darba kellek!"

Howard Keith wieġeb lura u filwaqt li sostna li m'għandux x'jaqsam hu mal-istorja appella lil Micallef biex "jieqaf joħloq il-firda."

More in Politika