Il-każi attivi jinżlu għal 96; Sitt każi ġodda u jfiqu għaxar pazjenti mill-Covid-19

164,113-il persuna issa tlaqqmu kompletament

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru sitt każi ġodda ta' Covid-19 filwaqt li ġew ikkonfermati għaxar persuni mfejqa.

Dan ifisser li l-każi attivi komplew jonqsu biex issa hawn 96 persuna morda bil-virus.

It-tilqim miexi wkoll. 164,113-il persuna issa tlaqqmu kompletament. 296,584 ħadu l-ewwel doża u qed jistennew it-tieni waħda.

B'kollox ġew amministrati 453,711 doża.

Ilbieraħ saru 2,018-il każ.

More in Politika