Destiny tista' tieħu sehem fil-prova uffiċjali tal-lejla; Ħadd mid-delegazzjoni Maltija ma rriżulta pożittiv għall-Covid-19

 Destiny ma setgħetx tieħu sehem fil-ftuħ uffiċjali tal-Eurovision wara li nstabu każijiet pożittivi fid-delegazzjoni Pollakka u f’dik tal-Iżlanda

Ritratt:Carlton Agius
Ritratt:Carlton Agius

Illejla, Destiny se tkun tista' tieħu sehem fl-ewwel prova uffiċjali tal-Eurovision Song Contest wara li d-delegazzjoni Maltija ma rriżultatx pożittiva għall-COVID-19.

Dan tħabbar ftit tal-ħin ilu mill-organizzaturi tal-Eurovision Song Contest.

lbieraħ Destiny ma setgħetx tieħu sehem fil-ftuħ uffiċjali tal-Eurovision hekk kif instabu każijiet pożittivi fid-delegazzjoni Pollakka u f’dik tal-Iżlanda, li nzertaw fl-istess lukanda mad-delegazzjoni Maltija.

L-organizzaturi saħqu li kull persuna fid-delegazzjoni, inkluż l-artist/a, irid jirriżulta negattiv għat-test tal-COVID-19 biex ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-festival.

More in Politika