Sidien ta' proprjetajiet jisħqu li r-riforma tal-kera se twassal għal 'fjask leġislattiv'

Fakkret li l-Gvern diġà kellu joħroġ miljuni għax instab ħati ta’ ksur tal-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani

L-Assoċjazzjoni Maltija tas-Sidien ta’ Propjetà (MPOA), entità ġdida li qed tirrapreżenta sidien bi propjetà mikrija qabel l-1995, qalet li hija ddiżappuntata mill-abbozz tar-riforma tal-kirjiet propetti mressqa mill- Gvern. 

L-Assoċjazzjoni qalet li fl-aħħar ġimgħat kellha diversi diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Akkomodazzjoni Soċjali dwar dan is-suġġett.

Qalet li wettqet analiżi ta’ 40 paġna rigward is-sitwazzjoni biex tiżgura li l-ebda inkwilin ma jispiċċa bla saqaf fuq rasu, filwaqt li s-sid ta’ proprjetà provata jkollu dħul xieraq. 

Fakkru li minħabba s-sitwazzjoni kif inhi, il-Gvern spiċċa jħallas miljuni wara li nstab ħati, anke minn qrati internazzjonali ta’ ksur tal-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Umani

“Dawn il-fondi pubbliċi setgħu ġew użati biex l-Istat joffri akkomodazzjoni soċjali lil min ħaqqu u wkoll joffri rati ta’ kera ġusti lis-sidien li ilhom joffru dan għal għexieren ta’ snin,” saħqet l-Assoċjazzjoni. “Huwa ta’ dispjaċir li miljuni oħra jidhru li se jispiċċaw maħruqa fis-snin li ġejjin minħabba riforma oħra illeċita minn dik tal-2018 rigward kirjiet protetti li diġ’ ġiet ikkundannata mill-Qorti ta’ Strasburgu.”

Appellaw ukoll lill-inkwilini li se jerġgħu jispiċċaw f’inċertezza mingħabba wiegħdi imwera ta’ protezzjon “li fl-aħħar mill-aħħar jaf jerġgħu jwasslu għal fjask leġislattiv ieħor,” temmet tgħid l-istqarrija.

Aqra wkoll:

More in Politika