Ir-ristorani u snack bars se jkunu qed jiftħu ġurnata wara Jum l-Omm

Fil-każ ta' bars u każini, Abela qal li se jħalli x-xjenza tigwidana bħala pajjiż iżda wiegħed li "l-Gvern mhu se jħalli lil ħadd waħdu."

Il-Prim Ministru ħabbar li fl-10 ta' Mejju, ristoranti u snack bars se jkunu qed jiftħu sa 5.p.m u wara joperaw b'servizz ta' take-away u delivery. Se jitneħħew ukoll restrizzjonijiet ta' vjaġġar lejn Għawdex.

Fil-każ ta' bars u każini, Abela qal li se jħalli x-xjenza tigwidana bħala pajjiż iżda wiegħed li "l-Gvern mhu se jħalli lil ħadd waħdu."

Ġie mħabbar ukoll li sport professjonali inkluż sport li hu ta' kuntatt flimkien ma' attivitajiet extra kurrikulari se jkunu jistgħu jsiru mill-10 ta' Mejju. Fil-każ ta' sport dan jista jkompli minn din id-data minghajr spettaturi.

Dan ħabbru l-Prim Ministru Robert Abela waqt konferenza tal-Aħbarijiet hekk kif in-numri ta' każi ġodda ta' Covid-19 f'pajjiżna kif ukoll il-każi attivi baqgħu neżlin. Fl-aħħar 24 siegħa, kien hemm 20-il każ ġdid u xejn mwiet relatati mal-COVID-19.

Abela qal li dan kollu hu pass kawt li tfassal fuq evidenza xjentifika. Qal ukoll li dan qed isir biex "nibżgħu għas-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin wara s-sagrifiċċju kollu tal-aħħar xhur." 

Il-konferenza tal-aħbarijiet li seħħet kmieni dalgħodu, saret lejlet il-ftuħ mill-ġdid ta’ bosta ħwienet, diversi istituzzjonijiet u anke negozji. Fl-4 ta' April, il-gazzetta ILLUM żvelat li l-ħwienet u l-istituzzonijiet kienu se jiftħu b'mod gradwali fuq medda ta' numru ta' ġimgħat.  

Fl-aħħar jiem ukoll diversi għaqdiet li jirrappreżetaw lir-restoranti fosthom l-MHRA ħeġġet lill-Gvern biex jiftaħ lir-ristoranti, inkluż dawk fil-lukandi, mit-Tnejn li ġej. Dan wara li skont MHRA, "is-sidien tar-ristoranti waslu f'punt li ma jistgħux jistennew aktar għax is-sitwazzjoni tagħhom hija prekarja."

More in Politika