Għat-tieni ġurnata konsekuttiva ma tkun irreġistrata l-ebda mewta bil-Covid-19; 47 każ ġdid

71,481 persuna issa ħadu t-tieni doża tal-vaċċin

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 47 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li 52 persuna oħra ġew ikkonfermati mfejqa.

Apparti minn hekk, għat-tieni ġurnata konsekuttiva ma kienet irreġistrata l-ebda mewta kawża tal-virus.

Dan ifisser li l-każi attivi issa huma 553.

Ilbieraħ saru 2,036 test.

Intant, kompla wkoll il-programm tat-tilqim b'71,481 persuna issa ħadu t-tieni doża. B'kollox ġew amministrati 244,718-il doża.

Infakkrukom li dawk il-persuni kollha li għandhom 'il fuq minn 50 sena qed ikunu mitluba jirreġistraw biex jirċievu l-vaċċin permezz ta' SMS fuq in-numru 99180045 għal Maltin u 99180044 għall-Għawdxin.

Dawk li se jirreġistraw online għandhom jagħmlu dan fuq is-sit http://vaccin.gov.mt/

More in Politika