Jinqabżu l-200,000 doża u n-numri jibqgħu baxxi ... 42 każ ġdid u jfiequ 94

Imut anzjan ieħor ta' 82 sena waqt li kien pożittiv għall-Covid-19

Skont l-aħħar ċifri tal-awtoritajiet tas-saħħa issa inqabżu l-200,000 doża mogħtija, li minnhom kważi 56,000 huma nies li ħadu t-tieni doża wkoll.  Fil-fatt sa issa ingħataw 203,553 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 mill-awtoritajiet. 

Intant in-numri ta' każi ġodda baqa' baxx b'42 każ ġdid ta' Covid-19 u 94 ifiequ, li jfisser illi b'687, il-każi attivi komplew neżlin għall-aktar livelli baxxi mill-bidu tas-sena. 

Sfortunatament anzjan ieħor ta' 82 sena miet, bit-total ta' persuni li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 issa jitla' għal 395. 

More in Politika