In-numri jibqgħu baxxi - 52 każ ġdid u jfiequ 146 persuna ... il-każi attivi taħt it-800

In-numri tal-każi l-ġodda jibqgħu baxxi filwaqt li jingħataw 197,383 doża

Il-każi ta' Covid-19 jibqgħu baxxi hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 52 każ ġdid ta' Covid-19. 

Intant, fiequ wkoll 146 pazjent, biex issa l-każi attivi niżlu taħt l-800 għal total ta' 740. 

Apparti minn hekk, żewġ anzjani oħra tilfu ħajjithom biex issa l-għadd tal-vittmi tela' għal 394.

Intant, b'kollox ġew amministrati 197,383 doża. 

Minn dawn, 54,578 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin.

More in Politika