Il-każi jibqgħu jonqsu; 63 każ ġdid u l-każi attivi jinżlu għal 1,132

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 332 pazjent filwaqt li miet anzjan ta' 73 sena

Il-każi ta' Covid-19 qed jibqgħu jonqsu hekk kif l-aħħar 24 siegħa nstabu 63 każ ġdid ta' Covid-19. 

Intant, fiequ wkoll 332 pazjent.

Apparti minn hekk, anzjan ieħor ta' 73 sena tilef ħajtu biex issa l-għadd tal-vittmi tela' għal 388.

Dan ifisser li l-każi attivi komplew jonqsu biex issa f'Malta hawn 1,132.

Intant, b'kollox ġew amministrati 180,587 doża. 

Minn dawn, 51,237 persuna ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin.

More in Politika