In-numri ta' każi tal-Covid-19 jinżlu fl-aktar livell baxxi f'ġimgħat - 67 każ ġdid u 323 jfiequ

Jidher li l-miżuri u restrizzjonijiet qed iħallu l-frott hekk kif in-numru ta' każi ġodda niżel fl-aktar livelli baxxi f'xhur

Anzjana tingħata l-vaċċin
Anzjana tingħata l-vaċċin

Jidher illi l-miżuri tal-għeluq ta' negozji u restrizzjonijiet oħrajn qed iħallu l-frott hekk kif in-numru ta' każi ġodda ta' Covid-19 niżel fl-aktar livelli baxxi f'ġimgħat b'67 każ ġdid minn total ta' 2,356 swab test.  Dan filwaqt li fiequ 323 persuna, biex issa t-total ta' każi attivi niżel għal taħt l-2,000 - preċiżament 1,402.

It-total ta' dożi tal-vaċċin mogħtija baqa' tiela' wkoll għal 176,612, b'50,557 jieħdu t-tieni doża wkoll. 

Sfortunatament iżda mietu żewġ anzjani oħra li kienu pożittivi:  Anzjan ta' 74 sena u ieħor ta' 71 sena.  Dan ifisser li t-total ta' persuni li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 issa tela' għal 387.

More in Politika