Dibattitu Covid | 'Il-varjant konna nafu bih f'Diċembru meta Abela qalilna li qegħdin fil-ġenna tal-art'

Bernard Grech jgħid li l-miżuri mħabbrin ilbieraħ kienu iebsin għax saru tard ...

Meta kien qed jitkellem fil-Parlament dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fakkar illi l-varjant konna nafu bih minn Diċembru, "xahar qabel ma l-Gvern qalilna li qegħdin ġenna tal-art u li se nkunu business as usual."   Huwa sostna li dan id-diskors huwa perikoluż għax juri li l-Prim Ministru mhux qed jirrikonoxxi l-problema.  "Dan id-diskors irresponsabbli tal-Prim Ministru juri illi hu ma kienx qed jaċċetta kemm fil-fatt hija serja l-problema."

Huwa qal li l-miżuri mħabbrin ilbieraħ kellhom ikunu iebsin u qed iweġġgħu lil diversi nies u negozji għaliex meta l-Gvern seta' ħa miżuri, ma ħax "u llum minflok pulzier qed ikollna jaqtgħu pied ... tajjeb li nagħtu tama li lin-nies u nagħtu kuraġġ.  Jiena nixtieq li meta mmur nara lil ommi minn wara l-perspex nagħtiha tama.  Imma hi taf, missieri jaf, eluf ta' nies jafu li dawn huma r-realtajiet tagħhom.  Dawn huma n-nies li intom qed tidħku bihom f'wiċċhom," sostna Grech. 

Huwa qal li l-Oppożizzjoni kienet wissiet u pproponiet screening aktar serju fid-dawl tal-varjant, "imma intom għalikom l-importanti kien li tbiegħu lill-poplu l-idea li kollox sejjer tajjeb," saħaq il-Kap tal-Oppożizzjoni.  Insista illi l-Gvern falla u allura issa huwa f'idejn il-poplu li jieħu is-sitwazzjoni f'idejhom, billi joqgħodu attenti

Bernard Grech appella biex il-Gvern jisma' l-problemi reali u l-isfidi kbar li qed jiltaqgħu magħhom eluf ta' ħaddiema. 

Intant il-Prim Ministru wkoll tkellem f'dan id-dibattitu:  Ara hawnhekk 

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ta l-aħħar żviluppi fir-rigward tal-proċess ta' vaċċinazzjoni:  Ara hawnhekk. 

More in Politika