Il-mewġa tkompli tikber ... 510 każi ġodda; Il-każi attivi huma 3,182

Intant, kompla wkoll il-programm tat-tilqim hekk kif issa ġew amministrat 105,416 doża

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu numru rekord ta' każi ġodda ta' Covid-19 hekk kif tkompli l-mewġa qawwija ta' infezzjonijiet ġodda minħabba l-varjant li issa nxtered sew.

B'kollox instabu 510 każ ġdid, filwaqt li l-awtoritajiet ħabbru illi fiequ 361 pazjent.

Fl-aħħar 24 siegħa saru 4,423 test. Dan ifisser li 11.5% tat-testijiet li saru lbieraħ irriżultaw fil-pożittiv.

Bħalissa f'Malta hawn 3,182 persuna marida bil-Covid-19.

Bejn ilbieraħ u llum mietu wkoll żewġ persuni, biex issa l-għadd tal-vittmi tela' għal 337. L-aħħar vittmi kienu żewġt irġiel ta' 73 u 64.

Intant, kompla wkoll il-programm tat-tilqim hekk kif issa ġew amministrat 105,416 doża. 35,093 persuna ħadu ż-żewġ dożi.

Aqra aktar:

More in Politika