12% tal-persuni infettati bil-Covid-19 f'Malta huma tfal u adoloxxenti

Ikkonfemat dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci

Każ minn kull għaxra ta’ Covid-19 f’Malta huma tfal, l-aktar fost dawk li għandhom bejn 11 u 17-il sena.

Fil-fatt, minn fost il-każi attivi ta’ Covid-19, bħalissa hemm:

  • 83 tifel u tifla li għandhom bejn 0 u ħames snin
  • 85 li għandhom bejn sitta u 10 snin
  • 175 li għandhom bejn 11 u 17-il sena.

Dan ifisser li mill-każi attivi ta’ Covid-19 f’Malta, 12% huma fost tfal u żgħażagħ sa 17-il sena.

Ikkonfermat dan is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci meta kienet qed twieġeb mistoqsijiet tal-qarrejja fuq The Times of Malta.

Aqra wkoll:

More in Politika