L-MUT tirreġistra tilwima u twissi li s-serivizzi fl-iskejjel 'qrib li ma jkunux sostnuti aktar'

L-MUT tisħaq illi issa li kien ikkonfermat li l-Covid-19 qed jinxtered ukoll fost it-tfal, is-sitwazzjoni fl-iskejjel 'inbidlet kompletament'

Marco Bonnici, li jmexxi l-MUT
Marco Bonnici, li jmexxi l-MUT

Hekk kif illum kien reġistrat rekord assolut ta' każi ta' Covid-19 - b'total ta'  510 każ ġdid f'24 siegħa -  l-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) rresġistrat tilwima industrijali jekk ma jittiħdux passi mill-Gvern fid-dawl, mhux biss ta' din iż-żieda imma wkoll fid-dawl tal-konferma illi l-virus issa qed jinxtered ukoll fost it-tfal.  Kienet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci illi żvelat dan dalgħodu, hekk kif qalet ukoll li bħalissa 12% ta' dawk li għandhom il-Covid-19 huma tfal.

L-MUT qalet li s-sitwazzjoni hija tali illi l-Ministeru tal-Edukazzjoni diġà ta permess biex numru ta' skejjel imorru kompletament online.  Saħqet ukoll illi n-numri tal-virus fl-iskejjel qed jiżdied b'tali mod li "qegħdin qrib li s-servizz tal-iskejjel ma jibqax sostnut." 

Il-unjin temmet issostni fi stqarrija li dan ifisser li r-riskji fuq l-edukaturi qed jiżdied u qalet illi minkejja li l-għalliema bdew jieħdu l-vaċċin "il-proċess għadu lura" u "hemm ammonti kbar ta' ħaddiema fl-iskejjel li għadhom lanqas irċevew appuntament."

 

More in Politika