Il-kabinett japprova l-White Paper dwar id-dikriminalizzazzjoni tal-kannabis għall-użu personali

Issa jmiss li l-Gvern iressaq dan l-abbozz għall-konsultazzjoni biex eventwalment jitressaq ukoll għall-approvazzjoni tal-Parlament

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li llum fil-kabinett ippreżenta l-White Paper dwar id-dikriminalizzazzjoni sħiħa tal-pussess tal-kannabis għall-użu personali.

Din kienet approvata b'mod unanimu.

Issa jmiss li l-Gvern iressaq dan l-abbozz għall-konsultazzjoni biex eventwalment jitressaq ukoll għall-approvazzjoni tal-Parlament.

Fi Frar tal-2019, sondaġġ ta’ din il-kamra tal-aħbarijiet kien wera li 32,000 persuna ġieli pejpu l-kannabis, imma persuna minn kull ħamsa biss taqbel li tkun legalizzata.

Aqra wkoll:

More in Politika