In-numri tal-Covid-19 jerġgħu jinżlu: 57 każ minn 3,200 swab test fl-aħħar 24 siegħa

Dan filwaqt li f'24 siegħa fiequ 134 persuna - Iżda jmutu erba' persuni oħra bil-Covid-19

In-numru ta' każi ġodda reġa niżel wara li lbieraħ b'79 każ, kienu rreġistrati l-inqas numru ta' każi sa minn jum il-Milied.  Fl-aħħar 24 siegħa l-każi reġgħu niżlu aktar b'57 każ ġdid minn total ta' 3,237 swab test.  Dan huwa l-inqas numru ta' każi f'ġimgħat sħaħ iddominati minn numri li kienu dejjem qed jaqbżu l-100 każ ġdid kuljum. 

Intant fl-istess 24 siegħa fiequ 134 persuna biex il-bilanċ totali ta' każi attivi issa huwa ta' 2,464. 

L-aħbar il-ħażina hija li fl-istess perjodu ta' 24 siegħa tilfu ħajjithom erba' pazjenti oħrajn biex it-total ta' nies li tilfu ħajjithom minn meta faqqgħet il-pandemija issa tela' għal 277. 

More in Politika