Bernard Grech jiddiżassoċja lilu nnifsu u lill-PN mill-kummenti ta' Edwin Vassallo

Strateġija Ewropea kontra l-omofobija u għal drittijiet ugwali hija 'Marxsiżmu' għad-Deputat Edwin Vassallo

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo ma tantx sab appoġġ għall-kummenti tiegħu li fihom sostna li l-istrateġija għall-Ugwaljanza għall-persuni LGBTIQ fuq livell Ewropew, ippilotata mill-Kummissarju Helena Dalli u li qed tipproponi, prinċipalment, miżuri kontra l-omofobija madwar l-UE bħala 'Marxisżmu'. 

Diversi inividwi ikkritikaw din il-pożizzjoni fuq strateġija li qed titlob li madwar l-UE kollha jkun hemm drittijiet bażiċi u liġijiet ugwali għal persuni LGBTIQ, settur li fih Malta tinsab fuq quddiem. 

Filwaqt li l-ARC Rainbow Communities ikkritikat lil Vassallo u faħħret lid-Deputati kollha li ħadu pożizzjoni kontra dak li qal Vassallo, dalgħodu fi tweet il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sostna illi l-politika tiegħu hija dik li tpoġġi ir-rispett fiċ-ċentru tal-politika u li tiddefendi d-drittijiet umani ta' kull individwu, "bla eċċezzjoni." 

Huwa għalhekk iddiżassoċja lilu nnifsu u lill-PN minn kull kumment li jmur kontra dan, bir-referenza indirettament tkun għad-Deputat Edwin Vassallo. 

More in Politika