Baġit 2021 | 'Kemm jiena kburi li qegħdin f'pożizzjoni li nwieżnu'

Il-Ministru Edward Scicluna jressaq id-disa' Baġit tiegħu

'Kemm jiena kburi li qegħdin f'sitwazzjoni li stajna nwieżnu lin-negozji, biex ma jkeċċux lill-ħaddiema, fejn in-nies setgħu jibqgħu kunfidenti.  Minflok dorna għall-awsterità bqajna ninsistu sena wara sena, baġit wara baġit li nkunu ġenerużi:  Ngħollu l-pensjonijiet, inbaxxu t-taxxi, nagħtu ċ-childcare b'xejn, saħħaħna l-benefiċċji soċjali ..." 

Hekk sostna l-Ministru Edward Scicluna fil-ftuħ tad-diskors tal-Baġit, filwaqt li fakkar illi fl-eqqel tal-pandemija Malta kellha l-akbar depożiti fil-banek Maltin.  

"Aħna mhux baħri tal-bnazzi," sostna l-Ministru Scicluna li kompla jgħid illi l-Gvern dejjem ħadem b'sistema li l-pajjiż jerfa' għal meta jkollu bżonn u ż-żmien tal-bżonn huwa issa, jgħid Scicluna.  "Li kieku ma ddiversifikajnix l-ekonomija, li kieku komplejna ft-triq tad-dejn kieku konna nagħmlu bħal ta' qabilna, nibgħatu ħames bozoz," saħaq il-Ministru Scicluna. 

Filwaqt li rrikonoxxa d-diffikultajiet, qal illi l-Gvern kompla jiddiversifika l-ekonomija biex b'hekk - skont hu - minkejja setturi bħat-turiżmu rreġistraw tnaqqis sostanzjali, oħrajn bħal i gaming raw tkabbir.  Qal ukoll li r-rata tal-qgħad f'pajjiżna baqgħet baxxa meta kkumparat ma' pajjiżi oħrajn. 

"Is-sena l-oħra, għar-raba' darba dan il-pajjiż kellu surplus.  Din i-sena mhijiex sena tas-surplus imma s=-sena li nwieżnu - biex insalvaw l-impjiegi," qal il-Ministru Edward Scicluna.

 

More in Politika