L-MUT tgħid li ma ġietx ikkonsultata dwar il-protokolli tal-iskejjel u twissi lil Owen Bonnici

L-Union Maltija tal-Għalliema twissi li mhux se taċċetta deċiżjonijiet dwar protokolli meħudin minn wara daharha

L-Union Maltija tal-Għalliema wissiet li mhux se tħalli lill-Ministru tal-Edukazzjoni Owen Bonnici jgħaddi romblu minn fuq l-għalliema u qalet illi filwaqt li l-Ministru qed jgħid li se jkollu protokolli lesti sa nhar il-Ġimgħa, f'laqgħa li kellha ilbieraħ dwar is-sitwazzjoni  "fl-ebda ħin ma rajna jew ma ssemma li l-protokolli ser jiġu ppublikati nhar il-Ġimgħa, jiġifieri fi ftit jiem wara li tibda d-diskussjoni."

L-MUT filwaqt li qalet ili s’issa għadha lanqas taf liema xenarju ser jintuża’ jew x’ser ikun fihom dawn il-protokolli issostni li ma jistax ikun li dawn jinħarġu mingħajr ma jkun hemm s-sehem tal-edukaturi u "huwa ċar li dan mhux ser ikun possibli jekk il-Ministeru jippublika linji gwida mil-lum għal għada. Biss, biss għadu lanqas ġie deċiż il-mod ta’ kif ser isir it-tagħlim matul is-sena skolastika," sostniet il-unjin. 

"L-MUT mhux ser tħalli lill-Ministeru jgħaddi romblu minn fuq l-edukaturi. Għaldaqstant l-MUT qed tiddikjara minn issa li mhix lesta li tiddiskuti b’ħafna għaġġla dawn il-protokolli speċjalment jekk id-deċiżjonijiet diġà ttieħdu. L-MUT lesta li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tħares l-interessi u s-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi u l-istudenti." temmet tgħid l-istrqarrija. 

L-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti ukoll qalet ċar u tond dalgħodu fi stqarrija li l-uniku possibbilità biex l-iskejjel jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom tiddependi biss mit-tnaqqis tar-rata tat-trasmissjoni tal-virus.

Il-gazzetta ILLUM kienet irrapportat kif il-Ministru Bonnici kien taħt pressjoni dejjem tiżdied mill-ġenturi ta' tfal, speċjalment dawk cbi bżonnijiet speċjali. 

 

 

More in Politika