Tliet pajjiżi fuq il-lista 'oranġjo' ta' Malta: Ir-Rumanija, il-Bulgarija u Spanja

Kull min ġej minn dawn it-tliet żoni jew pajjiżi (ma tgħoddx għal Spanja kollha) jeħtieġ jagħmel test qabel jidħol Malta

Minn nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu 2020, f’nofsillejl, se tidħol fis-seħħ liġi li tgħid li kull min jasal f’Malta mill-pajjiżi li jissemmew hawn isfel irid jissottometti ċertifikat ta’ riżultat negattiv ta’ COVID-19 Polymerase Chain Reaction (PCR) test.

Il-passiġġieri li jonqsu milli jippreżentaw dan iċ-ċertifikat jistgħu jiġu mġiegħla jagħmlu swab test fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u jistgħu jintalbu li jinżammu fi kwarantina.

Il-pajjiżi f'din il-lista  - imsejħa l-oranġjo - huma:

- Bulgarija

- Rumanija

- Spanja (applikabbli għall-passiġġieri li ġejjin minn Barċellona, Girona u Madrid)

Il-Gvern fakkar li l-passiġġieri kollha li ġejjin minn dawn id-destinazzjonijiet għandu jkollhom ċertifikat ta’ swab test li jkun sar sa mhux aktar minn 72 siegħa qabel it-titjira.

Il-lista ta’ pajjiżi fuq din l-amber list se tkun aġġornata minn żmien għal żmien.

More in Politika