Covid-19 | L-Isqallin li jirritornaw minn Malta jridu jibdew jagħmlu test obbligatorju

Ħabbar dan il-President tar-Reġjun ta’ Sqallija, Nello Musumeci

L-Isqallin li jirritonaw Sqallija minn Malta se jkollhom jibdew jagħmlu swab test obbligatorju malli jaslu lura pajjiżhom.

Ħabbar dan il-President tar-Reġjun ta’ Sqallija, Nello Musumeci.

Jidher li kollox jinsab lest biex b’effett immedjat, l-Isqallin kollha li jkunu niżlu Malta għal btala jibda jsirilhom it-test minnufih.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara każ ta’ grupp ta’ żgħażagħ li daħlu lura Katanja wara li niżlu btala Malta u rriżultaw pożittiv għall-Covid-19

Tliet stati Baltiċi, l-Irlanda, l-Islovenja, il-Greċja u anke r-reġjuni Taljani ta' Emilia Romagna u l-Pulgia poġġew restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar minn u lejn Malta.

More in Politika