Aġġornata | 49 każ ġdid ta' COVID-19 ... ħamsa jfiequ

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Cauci mistennija tagħti bulettin mediku minn Kastilja

Mill-1,717 swab test li saru lbieraħ irriżultaw 49 każ ġdid ta' COVID-19, it-tieni l-akbar numru ta' każi ġodda li tħabbar f'24 siegħa minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f'Malta f'Marzu li għadda.

Apparti minn hekk, ħames pazjenti ġew iddikjarati mfejqa.

Dwar dawn il-każi is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Cauci mistennija tagħti bulettin mediku fis-1pm.

Is-Supretandent tas-Saħħa Pubblika tagħti konferenza tal-Aħbarijiet dwar l-aħħar każi

Meta kienet qed tindirizza l-konferenza tal-Aħbarijiet, l-ewwel wara diversi ġimgħat, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet illi fost dawn d-49 każ kien hemm uħud li ħarġu mal-lejl imma sa issa hemm diversi li mhumiex relatati ma' clusters. 

"Bħala infurzar qed naħdmu bħala tim sħiħ biex naraw li r-regoli qed ikunu segwiti.  Jekk għandek persuna b'ħanut ma tistax ddaħħal klijent bil-maskra importanti li nikkoperaw u ma jiddaħħlux nies bil-maskra." 

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kkonfermat li waħda mill-każi ta' Covid-19 kienet tifla minn Skola Sajf tal-Għargħur.  Għalhekk spjegat li sar contract tracing

Hi elenkat il-miżuri li ttieħdu u li f'ħafna każi ħadmet, għalkemm fakkret li s-sitwazzjoni bħalissa hija differenti hekk kif persuni issa kienu qed joħroġu u jiltaqgħu ma' persuni oħrajn - 33 mill-cluster tal-Festa ta' Santa Venera, cluster qed jikber minn Paceville, ieħor ta' studenti li ġew Malta jistudjaw l-Ingliż kif ukoll xi tfal li marru Skolasajf.

Gauci fakkret illi ħafna mill-każi sa issa il-maġġoranza huma ta' età iktar żagħżugħa bi ftit li xejn sintomi u l-ebda każ ta' sptar. 

Fakkret li l-attivitajiet tal-massa issa mhux se jsiru b'limitu ta' 300 persuna barra u 100 ġewwa.  Qalet ukoll li minkejja li hemm numru ta' immigranti pożittivi għall-Covid-19 dawn jinsabu fi kwarantina u allura mhux qed jitħalltu fil-komunità. 

Aqra wkoll:

More in Politika