Minn għada jibdew azzjonijiet industrijali f'Mater Dei, il-bereġ u Għawdex ... dawn huma d-direttivi

Ħarsa lejn id-direttivi tal-MAM li minn għada se jinfirxu fl-Isptar  Mater Dei, l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, il-Bereġ u ċ-Ċentri tas-Saħħa

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) iddeċidiet li minn għada se jibdew azzjonijiet industrijali, imħabbrin minnu u dan hekk kif il-każi ta' Covid-19 komplew jiżdiedu fl-aħħar sigħat b'16-il immigrant ieħor, mill-aħħar grupp li wasal Malta, jirriżultaw fil-pożittiv u għexieren ta' Maltin ukoll jirriżultaw fil-pożittiv fl-aħħar ġimgħa.   L-akbar clusters sa issa huma dawk tal-party li sar fil-lukanda Radisson, il-festa ta' Santa Venera u każi minn Paceville. 

Id-direttivi fl-Isptar Mater Dei:

1 - L-appuntamenti kollha fl-Oupatients se jkunu posposti.  Din id-direttiva ddum għaddejja ġimgħa

2 - L-operazzjonijiet elettivi - jiġifieri operazzjonijiet li mhumiex ta' urġenza kbira - se jkunu posposti wkoll

3 -  Ultrasounds elettivi huma posposti minn għada wkoll

4 - It-tobba kollha vulnerabbli ma jaħdmux fuq il-frontline u għandhom jirrapportaw għal xogħol amministrattivi u telefoniċi

5 -  It-tobba kollha fl-Emerġenza huma eżenti mid-direttivi. 

 Id-direttivi fiċ-Ċentri tas-Saħħa:

1 - It-42 Klinika fil-Komunità se jibqgħu magħluqin u mhu se jkun hemm ebda tobba.  Id-direttiva se ddum fis-seħħ ġimgħa.

2 - Iċ-ċentri tas-Saħħa ikolhom desk minn fejn jaħdmu t-tobba.  Din id-direttiva ddum għaddejja ġimgħa.

3 - Nhar is-Sibt 8 u l-Ħadd 9 ta' Marzu lċ-ċentri tas-saħħa li se jibgħu miftuħin huma tal-Mosta, Furjana, Raħal Ġdid u Għawdex. 

 4 - It-tobba kollha jridu jilbsu ilbies protettiv f'żoni kliniċi

5 - L-appuntamenti kliniċi ta' konsultazzjoni medika u dawk tad-dijabete se jiġu posposti

6 - It-tobba kollha vulnerabbli għandhom jirrappurtaw għax-xogħol amministrattiv u telefoniku 

Għawdex

1 - Minn għada s-6 ta' Awwissu, l-appuntamenti kollha tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex se jiġu posposti.  Id-direttiva se ddum ġimgħa.  Dawk it-tobba fl-Onkoloġija, Psikjatrija, Ġerjatrija u Pedjatrija huma eżenti. 

2 - Il-Bereġ se jibqgħu magħluqin

3 - Appuntamenti mhux urġenti se jkunu posposti

More in Politika