Il-Litwanja tagħlaq l-ajruport għall-Maltin wara ż-żieda fil-każi ta' COVID-19

Persuni oħra li għal xi raġuni jew oħra huma kostretti jidħlu l-Litwanja minn Malta jridu jagħmlu 14-il ġurnata kwarantina

Il-Ministeru għas-Saħħa fil-Litwanja mhux se jippermetti li aktar Maltin jidħlu fil-pajjiż u dan wara l-aħħar żieda fil-każi ta’ COVID-19 irreġistrata fi ftit jiem.

Fuq is-sit li fih il-Ministeru qed jaġġorna kontinwament dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-pandemija, intqal kif kwalunkwe resident mil-Litwanja, ħaddiema barranin jew persuni b’permessi speċjali, li jaslu fil-Litwanja minn Malta, se jkunu kostretti jagħmlu 14-il ġurnata kwarantina.

Mil-lum ukoll, l-istess Ministeru qed jordna wkoll lil kwalunkwe persuna li tidħol fil-Litwanja minn Franza biex tagħmel 14-il ġurnata kwarantina.

Dan ifisser li Malta tpoġġiet fl-istess lista ma’ Spanja u l-Belġju, fost oħrajn.

More in Politika