In-numru ta' persuni bil-Covid-19 ikompli nieżel - l-ebda każ ġdid u tlieta jfiequ

Malta tkompli tirreġistra numri inkoraġġanti ħafna fir-rigward tal-Covid-19

In-numri f'dak li għandu x'jaqsam Covid-19 f'pajjiżna baqgħu neżlin biex issa t-total ta' każi attivi reġa' jinsab f'livelli baxxi ħafna ta' 22.  B'kollox minn Marzu, Malta kellha 670 każ pożittiv, li minnhom 639 fiequ - dan ifisser rata ta' fejqan li tlaħħaq il-95.3%. 

Dawn is-670 każ pożittiv irriżultaw minn 94,564 swab li saru mill-awtoritajiet tas-saħħa u allura dan jirrapreżenta rata ta' infezzjoni ta' 0.7%.  B'disa' mwiet ir-rata ta' mortalità f'pajji'na kienet ta' 1.3%. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa tliet minn nies oħra fiequ mill-Covid-19.

More in Politika