Tliet stati fl-Istati Uniti jimponu l-kwarantina għal min jivjaġġa

Dan hekk kif f'diversi stati fl-Istati Uniti l-każi tal-COVID-19 qed jiżdiedu

New York, New Jersey u Connecticut qed jimponu li kull persuna li tkun qed tivvjaġġa minn stati fejn il-każi tal-COVID-19 qed jiżdiedu għandhom jagħmlu 14-il ġurnata kwarantina.

Il-Gvernatur ta’ New Jersey, Phil Murphy, qal li dan it-tliet stati għaddew minn infern fl-aħħar xhur u ma jixtiqux li jispiċċaw jergħu jagħlqu kollox għax il-virus jerġa’ jgħolli rasi.

Xi stati fin-nofsinhar u anke l-punent tal-Amerka irrapportat każi rekord ta’ COVID-19.

L-Universita ta’ Washington qed tbassar li sa Ottubru l-COVID-19 se jħalli 180,000 vittma fl-Istati Uniti jew inkella 146,000 jekk 95% tal-Amerikani jilbsu l-maskri.

Sa issa, fl-Istati Uniti hemm 2.3 miljun każ u l-virus ikkawża 121,000 mewta.

More in Politika