L-Italja tibda tilqa' l-ewwel turisti hekk kif jiftħu l-ajruporti f'Milan, Ruma u Napli

Minkejja li Malta se tiftaħ l-ajuport tagħha fl-1 ta’ Lulju, il-Maltin ma jistgħux isiefru lejn l-Italja, ħlief Sqallija u Sardenja

Turisti minn pajjiżi Ewropej jistgħu jerġgħu jibdew jidħlu fl-Italja hekk kif il-pajjiż, wieħed mill-agħar milquta fid-dinja, ikompli jerħi r-restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-lockdown fl-Italja kien wieħed mill-akbar b’saħħtu fid-dinja u dan hekk kif il-pajjiż għamel żmien bl-ogħla rata ta’ mwiet fid-dinja.

Issa l-Italja qed tagħmel minn kollox biex isalva s-settur tat-turiżmu, settur importanti għall-ekonomija.

Il-Gvern ippermetta li jkun hemm moviment bejn ir-reġjuni iżda l-attivitajiet tal-massa għadhom ma jistgħux isiru.

L-użu tal-maskri huwa obbligatorju f’postijiet fil-magħluq u fuq it-trasport pubbliku.

Għalissa, se jinfetħu biss l-ajruporti fi tlett ibliet, jiġifieri f’Milan, Ruma u Napli.

Minkejja li Malta se tiftaħ l-ajuport tagħha fl-1 ta’ Lulju, il-Maltin ma jistgħux isiefru lejn l-Italja, ħlief Sqallija u Sardenja.

More in Politika