Ħames pazjenti ġodda bil-COVID-19 fosthom anzjan ta' 97 sena li kien Karin Grech

Anke jekk dan l-anzjan għandu diversi kundizzjonijiet mediċi dan l-anzjan jinsab f'qagħda stabbli.

Fl-aħħar 24 siegħa, Malta għamlet 1,017 u minn dawn, ħames pazjenti rriżultaw fil-pożittiv. Fost il-pazjenti l-ġodda hemm anzjan ta' 97 sena li kien rikoverat fl-isptar Karin Grech. Dan il-pazjent huwa r-raba' persuna f'Karin Grech li rriżulta pożittiv għall-COVID-19 fl-aħħar jiem u dan wara li anzjan li kien rikoverat fl-isptar sptar tilef ħajtu l-ġimgħa li għaddiet.

Għal darb'oħra, ħafna mill-pazjenti ma kellhom l-ebda sintomu.

Intant, apparti minn hekk, żewġ persuni fiequ fl-aħħar 24 siegħa biex issa t-total tal-każi f'Malta huwa ta' 96 każ, hekk kif Malta kellha 456 persuna li fieqet u sitt persuni biss li tilfu ħajjithom kawża tal-pandemija. It-total tal-każi li kellha Malta minn meta faqqgħet l-imxija kien ta' 558

Il-każi l-ġodda

  • Anzjan ta' 97 sena li jinsab rikoverat f'Karin Grech. Dan kellu diversi sintomi. Hu mifhum li dan l-anzjan ibati minn diversi kundizzjonijiet mediċi iżda l-qagħda tiegħu hija stabbli. Qed isir it-test lill-istaff li kellu kuntatt miegħu u anke lill-pazjenti l-oħra fl-istess sala.
  • Raġel ta' 58 sena li mar l-emerġenza għall-kundizzjoni medika oħra u sarlu t-test kif qed isir lil kulħadd. Ma kellu l-ebda sintomi iżda rriżulta pożittiv.
  • Maltija ta' 34 sena. Kellha s-sintomi fis-6 ta' Mejju. Sarilha t-test għax din taħdem bħala ħaddiema tas-saħħa f'Mater Dei, fl-istess ward fejn kien hemm xejn inqas minn 10 każijiet. Din kienet irriżultat negattiv wara li sarilha l-ewwel test. 
  • Żagħżugħa ta' 24 sena. Taħdem bħala carer fis-sala f'Mater Dei fejn kien hemm għadd ta' każijiet. Ħarġet pożittiva iżda kienet fil-kwarantina. Ma kellha l-ebda sintomi.
  • Raġel ta' 41 sena. Ma kellu l-ebda sintomi iżda xtaq it-test u ħareġ pożittiv.

More in Politika