'Il-ftuħ tal-ajruport tibqa' miżura ta' riskju għoli' - Charmaine Gauci

Nitkellmu ma' Charmaine Gauci għada fuq il-gazzetta ta' kull nhar Ħadd ILLUM

Charmaine Gauci (lemin) u ħdejha t-Tabib Chris Barbara
Charmaine Gauci (lemin) u ħdejha t-Tabib Chris Barbara

"Il-ftuħ tal-ajruport tibqa' miżura ta' riskju għoli."  Hekk saħqet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Chamriane Gauci f'artiklu forma ta' diskursata li se jidher għada l-Ħadd fuq il-gazzetta ILLUM.  Gauci tfakkar illi meta tiftaħ l-ajruport se jibdew ġejin nies minn diversi pajjiżi u "dak huwa riskju li jerġa jibda jkollok it-trażmissjoni ... hemm pajjiżi jimmoniterjaw biss il-pazjenti li jiddaħħlu l-isptar u allura r-rata fil-komunità ma tkunx magħrufa u għalina dik hija importanti."

Hija qalet li għalhekk l-ajruport jibqa' riskju għoli. 

Kien ilbieraħ illi l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħabbret illi l-Gvern għaddej b'diskussjonijiet ma' disa' pajjiżi għal safety corridor filwaqt li ħabbret ukoll illi fit-72 siegħa mill-Webinar li sar ilbieraħ il-PM se jħabbar aktar rilassament ta' miżuri anke fit-turiżmu.

More in Politika