Ambaxxatur Malti jirriżenja wara li qabbel lil Merkel ma' Hitler

Michael Zammit Tabona kien ilu sitt snin iservi din il-kariga

L-Ambaxxatur Malti għal Fillandja rriżenja mill-kariga uffiċjali tiegħu wara li qabbel lill-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel ma’ Adolf Hitler, għax fi kliemu, bħalu, trid tikkontrolla l-Ewropa.

Michael Zammit Tabona kien ilu sitt snin iservi din il-kariga. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej laqa’ minnufih din ir-riżenja waqt li saħaq li l-kumment tal-eks Ambaxxatur ma jirraprezentax il-ħbiberija u r-rispett reċiproku bejn Malta u l-Ġermanja. 

Il-kumment ta’ Zammit Tabone dar id-dinja u saħanistra kien irrapportat fuq siti tal-aħbarijiet internazzjonali, inkluż il-BBC.

Fi stqarrija, il-Ministru Evarist Bartolo jtenni l-impenn tal-Gvern Malti li jsaħħaħ ir-relazzjoni soda bejn iż-żewġ pajjiżi li tmur lura ħafna snin.

More in Politika