Arnaud jgħid li l-Pulizija m'għamlitx analiżi tat-telefonata li jgħidu hi ta' Degorgio

Dan għaliex hu, flimkien mal-Pulizija, kienu jgħarfu leħnu mall-ewwel

F'każ Kostituzzjonali li talab George Degiorgio, wieħed mill-akkużati fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Keith Arnaud stqarr li s-smigħ tat-telefons, li kien imwettaq mis-servizzi tas-sigurtà, kien użat bħala intelliġenza li seta’ jgħin il-Pulizija biex jifmhu aħjar l-evidenza li pprovdiet bażi għall-każ tal-prosekuzzjoni.

Degiorgio talab li jinfetaħ il-każ is-sena li għaddiet, meta kien stqarr li l-prosekuzzjoni, waqt il-ġbir tal-evidenza bdiet tiftaħar bl-interċettazzjonijiet telefoniiċi li kienu allegatament kruċjali biex identifika s-suspettati fil-qtil ta’ Daphne.

Arnaud saħaq ukoll li l-maġġoranza tal-evidenza li l-Pulizija użaw kienet miġbura mill-post tad-delitt. Barra minn hekk, żied jgħid ukoll li huma użaw informazzjoni mit-torrijiet tal-mowbajls, u din kienet analizzata mill-FBI kif ukoll investigaturi Maltin.

Arnaud kompla jgħid li l-FBI kienu kruċjali biex identifikaw ħames numri tal-mowbajls. Tnejn minnhom kellhom konnessjoni mal-bomba u t-tlieta l-oħra kienu wżati biex jfixklu il-possibilità li t-telefonati tagħhom jinstemgħu.

Arnuad spjega li kienet telefonata minn Degiorgio mill-mowbajl tiegħu personali li fiha, kien staqsa għal top up, li ġiegħel l-investigaturi jaħsbu li dan kien għall-mowbajl ieħor. Minkejja dan, hu qal li t-telefonata ma kinitx biżżejjed evidenza u li din l-informazzjoni kienet mogħtija mill-Vodafone.

Hawnhekk, l-avukat ta’ Degiorgio staqsih kif dan seta’ kien ikun possibli mingħajr interċett. Hawnhekk Arnuad spjega li barra l-interċett kien hemm ukoll l-analiżi tat-telefonati tas-suspett.

Din l-analiżi kien kixef in-numru tal-persuna li kellem Degiorgio ftit wara l-bomba li qatlet lill-Daphne Caruana Galizia. Hawnhekk, Arnaud żied li din il-persuna kkonfermat li Degiorgio kien kellimha. Barra minn hekk, l-interċett żvela wkoll li wieħed mit-tliet mowbajls kien qiegħed jiċċaqlaq minn post għall-ieħor flimkien mal-mowbajl ta’ Degiorgio, li diġa kien taħt is-sorveljenza tal-Pulizija.

Bħala parti mis-smigħ tal-llum, Arnaud esibixxa CD li fiha hemm reġistrar tal-interrogazzjoni ta’ George Degiorgio. Hawnhekk, l-imħallef iddikjara li s-CD kellha tkun imqiegħda f’envelope biex jingħata biss lill-partijiet rilevanti.

Meta Arnaud kien mistoqsi mill-avukat ta’ Degorgio jekk kinux għamlu analiżi tal-vuċi biex jaraw jekk kienux ċerti, Arnaud irrisponda billi qal li l-Pulizija kienet taf leħen Degorgio sew.

Barra minn Arnaud xehed ukoll Lawrence Cutajar, il-Kummissarju tal-Pulizija, li saħaq illi hu kien mexxa t-talba għall-interċettazzjonijiet fl-istess jum li kien mitlub mill-investigaturi fl-20 ta’ Frar, 2017.

More in Politika