F'messaġġ lill-poplu Malti l-President tar-Repubblika qal illi hemm bżonn li ningħaqdu biex nibdew it-triq tan-normalità "qabel issir aktar ħsara lil pajjiżna li ssir irreparabbli. Malta jixraqilha aħjar," sostna Vella.
Il-President wera' preokupazzjoni għas-sitwazzjoni preżenti li sejħilha "gravi". Hu qal li l-membri tal-MCESD wasslu l-inkwiet tagħhom dwar din is-sitwazzjoni miegħu.
"Nappella mill-ġdid għall-kalma u biex kulħadd jiftakar x'responsabilità jġorr," qal il-President.
Intant dalgħodu anke l-Isqfijiet għamlu appell għall-kalma u l-għaqda fil-pajjiż.