Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia tena l-appell tiegħu lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex ikeċċi minnufih lil Keith Schembri.
B’reazzjoni għal dak li seħħ dalgħodu fil-Qorti, Delia saħaq li Keith Schembri għamel minn kollox illum biex ma jweġibx għall-mistoqsijiet f'kawża ta' libel li fetaħ huwa stess.
“Quddiem din l-iżvolta, is-Sur Schembri għandu Jew jirreżenja jew jitneħħa mill-pożizzjoni ta' Chief of Staff tal-Prim Ministru b'mod immedjat,” insista l-Kap Nazzjonalista fi stqarrija qasira.
Aqra wkoll: