Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika lill-Gvern għall-istqarrija li ħareġ dwar l-inkwiet li nqala' matul il-lejl li għadda fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far.
Delia insista li l-Gvern għandu biex jonfoq 40,000 elf ewro meta jiftaħ triq ġdida, iżda meta jkun hemm avveniment ta' importanza nazzjonali, il-Gvern ma jgħid xejn dwaru
Saħaq li mhux biżżejjed li l-Gvern jgħid li minn 1,200 immigrant, 300 biss ħadu sehem fir-rewwixta. Insista li r-risposta tal-Gvern kellha tiffoka fuq x'se jsir biex avveniment bħal dan ma jerġax iseħħ.
Delia rringrazzja lill-Pulizija u lill-Forzi tal-Ordni kollha għas-servizz tagħhom.