Filmat | Delia jgħid illi għandu ċ-ċertezza li Debono ma kienx involut fil-proċess tal-co-option

Iktar kritika fl-apert kontra Jean Pierre Debono, l-eks President tal-AŻAD jitlob għat-tkeċċija tiegħu

Adrian Delia
Adrian Delia

Fl-ewwel reazzjoni għall-akkużi ta' tbagħbis fil-proċess biex tkun magħżula l-persuna li se tkun co-opted il-Kap tal-PN Adrian Delia sostna li għandu kważi ċertezza li Jean Pierre Debono ma kienx involut f'dan il-proċess. Din hija fil-fatt l-istess difiża ta' Debono. 

Dan minkejja illi lbieraħ id-Deputat tal-PN Jason Azzopardi ppublika l-lista aġġornata tal-membri tal-Eżekuttiv b'isem Jean Pierre Debono jidher illi għamel l-aħħar aġġornamenti nhar it-30 ta' Mejju. 

Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalist tal-maltatoday.com.mt Delia sostna illi ser issir dikussjoni, fosthom dwar il-protest li ressqu żewġ attivisti Nazzjonalisti kontra l-Pattit Nazzjonalista dwar il-proċess li bih Debono spiċċa co-opted. Intant b'reazzjoni għall-aħħar żviluppi David Griscti, eks President tal-Fondazzjoni AŻAD sostna fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu illi l-partit għandu jkeċċi lil Debono u lanqas biss iħallieh jidħol fid-Dar Ċentrali. 

More in Politika