‘L-Ewropej faħħruna għal kemm konna tajbin fil-Presidenza’

"għamilna biċċa xogħol tajba u rrid nieħu din l-opportunità biex nirrnigrazzjakom kollha, lil kulmin kien involut f’din il-Presidenza, sew dawk li ħadmu kif ukoll dawk li wasslu din il-ħidma għand il-poplu.”

Il-Ministru Helena Dalli nbidlilha l-portfolio tagħha li bis-saħħa t’hekk se tkun hi li tagħlaq il-Presidenza. Il-Ministru għall-affarijiet Ewropej u l-Ekwalita kienet diġà involuta f’diversi laqgħat f’din il-Presidenza bil-ministeru vast li kellha qabel, għalhekk diġà taf ħafna dwar il-Presidenza fl-Ewropa.

“Mis-settur tiegħi konna involuti f’ħafna affarijiet u kont kuntent li nhar l-Erbgħa stess l-Unjoni Ewropea ffirmat l-konvenzjoni ta’ Istanbul, xi ħaġa li mbuttajna aħna. Kellna l-kwistjoni tal-posting of workers li konna mexjin sew iżda għandna xi diffikultajiet u issa se jkollna mmexxu verżjoni ‘watered down’ ħabba dak li ġara fi Franza u tlifna l-momentum ta’ dak li konna qed naħdmu għalih. Iżda hemm bosta files li ġew magħluqa, kuntenta b’li sar f’din il-Presidenza. Ilħaqna ftehim favur il-konsumatur u anke s-CPC li mexxejna ’l quddiem.

“Kuntenta wkoll li se nkun jien li nagħlaq il-Presidenza għax għamilna biċċa xogħol tajba u rrid nieħu din l-opportunità biex nirrnigrazzjakom kollha, lil kulmin kien involut f’din il-Presidenza, sew dawk li ħadmu kif ukoll dawk li wasslu din il-ħidma għand il-poplu.”

Bla dubju li hu fattur pożittiv li l-gazzetta ILLUM ġiet apprezzata li għal dawn l-aħħar sitt xhur kienet preżenti fi Brussell twassal dak kollu li kien qed isir mill-Presidenza Maltija u mill-ħaddiema f’diversi oqsma fi Brussell.

“Minkejja li aħna pajjiż żgħir mexxejna b’effiċjenza u r-reazzjonijiet li qed ikolli hawn hi li qed jgħidulna prosit u kemm konna tajbin;” temmet il-Ministru Dalli.

L-ILLUM staqsejnieha kif ħaditha li ma kinitx preżenti fil-Gay Pride Parade li saret fi Brussell waqt il-Kampanja elettorali meta kienet hi li ħadmet biex għall-ewwel darba l-Presidenza Maltija ħadet sehem f’din il-parata speċjalment li Malta kemm ilha Ministru hi akkwistat l-ewwel pożizzjoni mill-pajjiżi Ewropej kollha fejn jidħlu libertajiet ċivili. Il-ministru kienet ukoll se tattendi għal din il-parata fejn attendew għaliha 80,000 persuna iżda minħabba l-kampanja elettorali kellha tibqa’ Malta.

“Iddispjċini li ma stajtx nattendi għax kont qed inħares lejha b’ottimiżmu fejn vera xtaqt inkun preżenti. Iżda d-dover tiegħi did-darba kien Malta u mhux hawn. Gay Pride parades se jkun hawn ħafna u żgur li se nerġa’ nkun mistiedna iżda elezzjoni tiġi darba kull ħames snin u nemmen li għamilt għażla tajba li nibqa’ Malta, għax personalment kelli suċċess fejn żidt il-voti u tlajt minn żewġ distretti. Naħseb li kieku ġejt il-parata fi Brussell stajt nitlef distrett minnhom;” temmet il-Ministru Dalli b’daħka simpatika.

More in Politika