Investiment ta' €10 miljun u żieda ta' 40 impjegat fi Sterling Chemical

Il-Prim Ministru jħabbar investiment f'kumpanija li kienet għadha startup ftit wara l-elezzjoni li għaddiet

ritratt: James Bianchi
ritratt: James Bianchi

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar investiment ta' €10 miljun fuq tliet snin fil-kumpanija Sterling Chemical Ltd.

Din il-kumpanija li bħalissa timpjega mal-50 impjegat, se tkun qed tkabbar l-operat tagħha u anke żżid il-ħaddiema tagħha b'40 persuna.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-fabbrika f'Ħal Far, il-Prim Ministru qal li din il-kumpanija hija għal qalbu ferm għaliex kif sostna, din kienet waħda mill-ewwel kumpaniji bdew bħala start ups, ftit wara l-elezzjoni, fil-bidu tal-leġiżlatura. Qal kif din il-klumpanija mxiet 'il quddiem, kif mexa l-pajjiż f'dawn l-aħħar 4 snin.

Joseph Muscat sostna wkoll li bl-investiment li qed isir, hemm bżonn li jinstab ukoll iktar spazju industrijali għal dan it-tkabbir, kif fil-fatt qiegħda tagħmel il-Malta Industrial Park.

Żied jgħid li mhux se jħalli lil ħadd iwaqqaf l-investiment fil-pajjiż.

More in Politika