'Il-PN rreklama kumpanija li tagħmel l-ikel lill-AirMalta meta m'għandhiex bżonn reklami'

'Mhux ta’ b’xejn li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma rridx jippubblika l-invoices'

 

"Illum kompla joħroġ kemm Simon Busuttil huwa falz, fejn huwa ħareġ invoices illegali u kontra l-liġi tal-finanzjament tal-Partiti fuq kumpanija li tagħmel l-ikel tal-Airmalta u li taha qatt ma rajna reklami u li m’għandiex bżonn reklami. Mhux ta’ b’xejn li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma rridx jippubblika l-invoices." Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jintervjeni permezz ta’ kollegament telefoniku fuq ONE Radio.

Filwaqt li l-Mexxej Laburista saħaq kemm l-Oppożizzjoni hija mfarrka u allura min mhux kapaċi jżomm il-Partit tiegħu maqgħud, zgur li ma jistax japsira li jżomm pajjiż, huwa saħaq li l-falsità tal-Kap tal-Oppożizzjoni toħroġ ukoll mill-fatt li hu għamel 4 snin jitkellem fuq governanza u trasparenza filwaqt li ħoloq sistema ta’ invoices foloz. Minkejja li aħna ppubblikajna l-kuntratti maġġuri kollha, Simon Busuttil ma rridx jippubblika invoices tal-kumpanija tiegħu. Illum nafu għalxiex. Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jikser il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, stqarr Dr Muscat.

Dan il-Gvern qed iwettaq dak li wiegħed, mill-wegħdiet il-kbar saż-żgħar

Il-Mexxej Laburista sostna li llum qegħdin fl-aħħar fazi ta’ dan il-mandat. Lill-poplu qed ngħidulu ġġudikawna fuq dak li għedna u dak li wettaqna. Illum nista’ ngħid li dak li wegħdna qed nagħmluh u din hija xi ħaġa bla preċedent. Qabel kienu jitqegħdu fuq l-ixkaffa l-manifesti elettorali u l-wegħdiet ftit wara l-elezzjoni biss, fakkar Joseph Muscat.

Il-Prim Ministru stqarr li dan il-Gvern qed iwettaq minn affarijiet kbar li bidlu l-ħajja tan-nies, mizuri li llum indraw, bħaċ-childcare u t-tneħħija tat-taxxa tal-boll u l-fatt lin-nies qed jidrawhom jagħmlilna l-kuraġġ, għall-affarijet żgħar.

 Affarijiet kbar bħat-traħħis tal-kontijiet, power station tal-Marsa magħluqa għall-affarijiet li jidhru ferm iżgħar, bħal bini tal-pont tal-Imrieħel, iżda li huwa importanti għall-komunità tal-madwar, temm jgħid Dr Muscat. 

More in Politika