'Hekk jaqa' l-gvern ma nkunx waqqajtu jien iżda għax ma jkunx żamm kelmtu'

Din kienet it-tweġiba ta' Salvu Mallia meta mistoqsi minn xarabank jekk jasalx biex iwaqqa l-gvern tal-PN

Salvu Mallia l-kandidat il-ġdid tal-PN ġie mitlub jagħmel intervista fuq il-portal ta' Xarabank fejn ġie mistoqsi jekk jasalx iwaqqa l-gvern jekk il-PN ikun fil-gvern u ma jkunx qed jaqbel kif qed jaġixxi. Mallia wieġeb hekk:

"Hekk jaqa’ l-gvern ma nkunx waqajtu jien, imma għax ma jkunx żamm mal-ġurament li jservi lil Malta l-ewwel u qabel kollox". Dan l-aġir xejn mhu qed jinżel tajjeb man-Nazzjonalisti li fih qed jaraw Franco Debono ieħor u jekk il-PN ikun fil-gvern b'vantaġġ ta' siġġu wieħed ma jkollux saħħa biżżejjed biex immexxi b'id soda. Dan esprimewh personalitajiet Nazzjonalisti bl-aħħar waħda tkun Liliana Risiott. Iżda Salvu Mallia kixef il-karti mill-ewwel u qal qabel ġie aċċettat li hu jrid ikun parti minn team kontra l-korruzzjoni. Fil-fatt temm l-intervista billi qal, "Jiena se nibqa Salvu Mallia u mhux se nsir Salvu Mallia PN".

More in Politika