Bernard Grech jissuġerixxi li Abela hu ‘ostaġġ ta’ patt imxajtan’

Jindirizza n-nazzjon, Grech staqsa kemm il-Prim Ministru Robert Abela huwa lest li jiddefendi l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fid-dawl tal-akkużi kontrih

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, jindirizza lin-nazzjon. (Ritratt: Partit Nazzjonalista)
Il-Kap tal-Oppożizzjoni, jindirizza lin-nazzjon. (Ritratt: Partit Nazzjonalista)

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qed jissuġerixxi li l-Prim Ministru Robert Abela huwa “ostaġġ tal-patt imxajtan” ma’ oersuni li qed jipproteġi, persuni li huma kompliċi fil-ftehim tal-Vitals.

Jindirizza n-nazzjon, Grech staqsa kemm il-Prim Ministru Robert Abela huwa lest li jiddefendi l-eks Prim Ministru Joseph Muscat fid-dawl tal-akkużi kontrih, filwaqt li kkundana kummenti li Abela għamel fil-konfront tal-ġurnalisti.

Qal li l-Prim Ministru baqa’ jiddefendi l-persuni akkużati minflok iddefenda l-istess poplu li ma gawda xejn mill-ftehim u kellu “flusu misruqa.”

Fl-istess waqt, Grech ikkundana kummenti li Abela fil-konfront ta’ ġurnalista li pruvat tistaqsih xi mistoqsijiet. Dan filwaqt li appella lil Abela biex jagħmel apoloġija immedjata lill-midja Maltija.

Intant, il-Kap tal-Oppożizzjoni staqsa lil Abela huwiex lest li jikkundanna diskors ta’ esponenti Laburista jiddikjaraw li lesti jirreżistu d-deċiżjonijiet tal-Qorti u jipprotestaw fit-triq.

Il-Kap tal-PN qal li l-Partit Nazzjonalista għandu storja twila li matulha dejjem iddefenda l-interessi ta’ Malta u li llum il-ġurnata se jkompli jiġġieled biex issir ġustizzja fil-pajjiż.

More in Politika