Joseph Cuschieri jgiddeb lil David Casa dwar il-vot għal Tonio Borg

Cuschieri jgħid li hu u sħabu ġew mogħtija direzzjoni diretta biex jivvutaw u jaħdmu favur Tonio Borg

Wara li David Casa ħareġ stqarrija fejn qal li l-Prim Ministru gideb u qal li l-Partit Laburista prova jfixkel il-kandidatura ta’ Borg b’kull mod li seta'. Infatti, żied jikteb Casa, il-pożizzjoni uffiċjali tas-Soċjalisti kienet li jivvotaw kontra Tonio Borg, bħalma fil-fatt għamlu l-maġġoranza tagħhom.
“Tonio Borg ġie approvat għall-kariga għax kien kapaċi juri integrità u kompetenza,” stqarr Casa, li żied jgħid li dan seħħ minkejja l-manuvri kontrih minn naħa tal-Partit Laburista.

Joseph Cuschieri li llum hu ambaxxatur għal Malta fil-Greċja mingħajr ma' ried jidħol f'kontroversji politiċi ħass li kellu jiċċara dak li ġara meta hu kien MPE Soċjalista. B'hekk giddeb dak kollu li qal David Casa. Cuschieri fuq il-facebook tiegħu kiteb hekk, "Ma nixtieqx nidhol f'kontroversji politici u partiġġjani minħabba r-rwol tieghi llum. Sempliciment nikkonferma dak li qal Dr Joseph Muscat il-bierah fil-programm Dissett, jigifieri li dak iż-żmien Dr Muscat bħala Kap tal-Oppożizzjoni u Mexxej tal-Partit Laburista kien tani direzzjoni diretta u ċara biex jien u sħabi MPEs Maltin fi ħdan il-Grupp tas-Soċjalisti nivvutaw u naħdmu għal vot favur in-nomina ta' Dr Tonio Borg bħala Kummissarju Ewropew ta' Malta."

More in Politika