Muscat kontra l-għotja ta' aktar art lill-Freeport

Il-Prim Ministru Joseph Muscat wera tħassib dwar l-għotja ta' aktar art għat-tkabbir tal-Freeport

Muscat argumenta li l-għotja ta' aktar art lill-Freeport se tħalli impatt wisq negattiv fuq  il-kwalitả tal-ħajja tar-residenti
Muscat argumenta li l-għotja ta' aktar art lill-Freeport se tħalli impatt wisq negattiv fuq il-kwalitả tal-ħajja tar-residenti

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, wera t-tħassib tiegħu dwar l-għotja ta' aktar art għat-tkabbir tal-Freeport. Filwaqt li huwa għaraf l-importanza tal-logistika fl-ekonomija tal-lum, Muscat argumenta li l-għotja ta' aktar art lill-Freeport se tħalli impatt wisq negattiv fuq il-kwalitả tal-ħajja tar-residenti.

Muscat saħaq li minflok, hemm pjanijiet għall-iżvilupp ta' ċentru logistiku f'Ħal Far, b'kapaċitá ta' nofs miljun metru kubu, u żviluppat bi sħab mas-settur privat. Dan il-proġett, li se jkun mifrux fuq medda ta' art ta' 8000 metru kwadru f'Ħal Far, se jagħmel użu minn imħażen li bejniethom jaħżnu madwar nofs miljun metru kubu ta' merkanzija, u f'liema ċentru, se jiġu mpjegati madwar 350 persuna.

Il-Prim Minsitru qal dan waqt konferenza organizzata minn Ernst & Young (EY), għat-tnedija ta' rapport li jelenka ħames proposti għat-tkabbir tal-ekonomija ta' pajjiżna.

More in Politika