Robert Abela jistieden lil Alex Borg għal laqgħa

Il-Prim Ministru Robert Abela jibgħat ittra ta' awguri lil Alex Borg

Il-Prim Ministru Robert Abela bgħat ittra l-Erbgħa filgħodu fejn formalment stieden lil Alex Borg sabiex jintaqgħu bħala l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Fl-ittra, Abela ta l-awguri tiegħu lil Borg. Barra minn hekk, huwa stiednu sabiex jidiskutu "temi li jindirizzaw il-ħidma politika b'riżq il-poplu Għawdxi u Malti."

Abela ppropona li jintaqgħu nhar il-Ġimgħa 12 ta' Settembru wara nofsinhar iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.

Borg se jinħatar il-Kap tal-Oppożizzjoni l-Erbgħa wara nofsinhar mill-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono fil-Palazz tal-Gran Mastru l-Belt Valletta.

More in Politika