'Ninu Zammit tkeċċa mill-PN wara li kien strumentali għall-partit fl-1981 u l-1987'

Fl-artiklu ta' kull nhar ta' Ħadd fuq il-gazzetta ILLUM Saviour Balzan jgħid li ħadd ma kien qal li Zammit kien marid u li kien poġġa lilu nnifsu taħt skrutinju wara li tkeċċa mill-PN 

Ninu Zammit
Ninu Zammit

Fl-artiklu ppublikat fuq il-gazzetta ILLUM, mis-serje ta' artikli li qed jidhru kull nhar ta' Ħadd, Saviour Balzan jisħaq illi Ninu Zammit kien mkeċċi mill-Partit Nazzjonalista.  Balzan jgħid li għalkemm Zammit irreżenja mill-PN ħadd ma kien semma kif kien marid serjament, kif kien għalaq il-kont fl-Iżvizzera u l-Panama u kif kien poġġa lilu nnifsu għal skrutinju tat-tax compliance unit. 

Balzan jgħid illi "bl-għaġġla biex idendlu l-ħaruf tas-sagrifiċċju, Simon  Busuttil nesa' min kien Ninu Zammit. Ċertament ma kienx verġni. Imma min hu verġni? Zammit kien dak il-gladjatur minn-nofsinhar ta’ Malta illi kieku ma kienx hu, kieku l-PN forsi ma kienx jirbaħ l-elezzjoni tal-1981 u l-1987.  Kieku ma kienx hu, ma kienx ikun hemm ċerti każini fil-qalba ta’ maġġoranza Laburista."

(L-artiklu sħiħ li deher fuq il-gazzetta ILLUM jitella għada fuq dan is-sit)

More in Politika