It-trasport pubbliku issa fuq il-mowbajl ukoll

Klijenti ta’ tallinja issa jistgħu jaċċessaw informazzjoni fil-ħin attwali rigward is-servizz tat-trasport pubbliku billi jniżżlu l-app tallinja fuq mowbajls iPhone jew Anroid. L-app hija b’xejn.
“Din l-app innovattiva hija pass importanti sabiex inkomplu ntejbu l-esperjenza ġenerali tal-klienti tagħna. Investejna b’mob sinifikanti f’teknoloġija ġdida li tgħidilna fejn ikunu l-karozzi tal-linja tagħna kull ħin, u rridu naqsmu din l-informazzjoni mal-klijenti tagħna bl-aktar mod faċli”, spjega Konrad Pulé, General Manager ta’ Malta Public Transport.
Il-klijenti jistgħu jużaw l-app biex isibu l-iżjed waqfa viċin tagħhom. Jistgħu jaraw ukoll ir-rotot tal-linja u l-ħinijiet estimi ta’ x’ħin tasal tal-linja fuq wieħed mill-2,000 wafqa.
“Is-servizz tagħna qed jitjieb kull ġurnata li tgħaddi. Hemm realtajiet esterni, li jikludu it-traffiku li jinbidel matul il-jum, li jaffetwa s-servizz. Din l-app toffri soluzzjoni lill-klijenti tagħna li issa jistgħu jippjanaw il-vjaġġ tagħhom u jnaqqas il-ħin ta’ stennija fuq kull waqfa”.
Din l-app qed tagħti benefiċċju wkoll lill-klijenti li jagħmlu użu mit-tallinja card. It-tallinja card ġiet mnedija bħal lum sena u kienet l-ewwel proċess ewlieni li wassalna biex intejbu s-servizz. Bi proċess ta’ reġistrazzjoni sempliċi, iżjed min-nofs il-popolazzjoni għandha tallinja card u fuq 100,000 konsumatur juża din il-card kull xahar. It-tallinja app toffri lill-klijenti l-opportunità li jiċċekjaw il-bilanċ, jittopjaw il-card filwaqt li jaraw il-vjaġġi li jkunu għamlu u t-transazzjonijiet tagħhom.
Li tippjana il-vjaġġ huwa iżjed faċli bl-app il-ġdida. Il-waqfiet kollha huma identifikati fuq il-mappa billi tafas sempliċiment fuq waħda mill-waqfiet.
Din l-app tista’ titniżżel mill-App Store u l-Google Play Store. Is-servizz huwa wkoll offrut permezz ta’ SMS billi tibgħat in-numru tal-waqfa fuq 50611010 u tirċievi il-ħin attwali għal kull waqfa. Tariffi regolari japplikaw.

More in Politika