Kif kien mistenni il-produtturi tal-laħam proċessat wieġbu bil-qawwi għar-rapport li tefa' dan it-tip ta' ikel, fosthom burgers, bacon u zliezet, u akkużaw lill-Aġenzija għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) illi kienet qed tipprova tbeżża meta poġġiet dan it-tip ta' ikel fl-istess grupp tas-sigaretti, f'dak li huma affarijiet li jikkawżaw il-kanċer.
In-North American Meat Institute qal illi ir-rapport, fl-ebda ħin ma qies biżżejjed l-implikazzjoni li tnaqqas jew tneħħi l-laħam mid-dieta tiegħek. Fakkru wkoll illi sadanittant il-grupp kien saħansitra qal illi l-inbid, l-ikel mixwi u xogħol bil-lejl jikkawża l-kanċer.
Jidher ukoll iżda, skont rapporti fuq siti internazzjonali bħall-euronews (għalkemm fil-verita' ma tantx hemm, bżonn rapporti biex jgħidulna) illi l-konsumatur ftit li xejn se jkun qiegħed isegwi dawn il-pariri u twissijiet u żgur u mhux forsi li malli hjasal Sajf ieħor kulħadd se jerġa jkun fuq il-bajja jixwi xi hamburger ma' sħabu waqt BBQ Sajfi.