Angoua Abdu, li nżamm mill-awtoritajiet wara li r-rikors tiegħu għall-ażil ġie miċħud, hekk kif kien qed jipprova jappella r-rifjut fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu
Il-każ jikkonċerna lil Angoua Abdu, li nżamm mill-awtoritajiet wara li l-applikazzjoni tiegħu għall-ażil ġiet miċħuda. Hu kien qed jipprova jappella r-rifjut fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali tiegħu.
Il-ministru kienet qed tindirizza konferenza dwar il-progress u l-isfidi li qed taffaċċja l-komunità LGBTIQ+ bħala parti mill-Ġimgħa tal-Pride.
“Abdu huwa membru tal-komunità LGBTIQ, u ż-żamma tiegħu tqiegħdu f’riskju serju ta’ bullying, fastidju, omofobija u vjolenza. Il-Pride hu żmien ta’ ċelebrazzjoni ta’ reżiljenza, ugwaljanza u viżibilità, iżda ma nistgħux verament niċċelebraw waqt li wieħed minna jitħalla lura, vulnerabbli u waħdu,” qalu l-attivisti.
L-attivisti qed jitolbu li tiġi ggarantita s-sigurtà, id-dinjità u l-ħelsien ta’ Abdu, u biex jieqfu prattiċi li jpoġġu f’riskju lill-membri tal-komunità LGBTIQ.
“Qegħdin inqajmu l-banners tagħna llum biex ngħidu ċar: Ħadd mhu ħieles sakemm aħna lkoll ma nkunux ħielsa,” qalu. “Is-solidarjetà tfisser azzjoni. Il-Pride tfisser ġustizzja. Aħna ma nibqgħux siekta.”