L-Arċisqof juża l-omelija tal-festa f'Ħad Dingli biex joħroġ kontra s-surrogacy

....ftit jiem wara li Nisa Laburisti ħarġu favur u n-Nisa Nazzjonalisti kontra...

L-Arċisqof Charles J Scicluna
L-Arċisqof Charles J Scicluna

Ftit jiem wara li l-Arċisqof ħareġ qatta bla ħabel kontra il-bidliet fil-liġi taċ-ċensura, li iddikrimiminalizzat il-vilifikazzjoni reliġjuża l-Arċisqof issa ħareġ ukoll kontra l-proposta favur is-surrogacy li magħha jaqblu n-NIsa Laburisti. Din il-proposta tfisser li mara iġġorr tarbija li mhux tagħha għal xi ħadd li ma jistax ikollu tfal. Apparti nisa li ma jistax ikollhom tfal,dan il-proċess intuża wkoll minn koppji tal-istess sess, li jkunu jixtiequ jkollhom.

Waqt l-omelija nhar il-Ħadd li għadda f'Ħad Dingli l-Arċsqof ħareġ kontra is-surrogacy u qal illi il-ġuf tal-mara mhux remissa. Huwas rrefera wkoll għal dawk li jaqblu ma' din il-proposta bħala "professuri mustaċċuni"

Is-Sibt li għadda l-gazzetta tal-Knisja Leħen is-Sewwa irrapurtat lill-Arċiqof jgħid illi "M'Għandniex nibżgħu. Inwasslu l-messaġġ ċar; Il-Parlament jagħmel li jrid u aħna wkoll, meta jasal il-waqt, nagħmlu li rridu".  

More in Politika