Il-Malta Humanist Assosciation fi stqarrija qalet illi Malta għandha tiddiskuti l-kwistjoni tal-abort, li rreferiet għaliha bħala kwistjoni li ħadd ma jixtieq jitkellem dwarha. Hija tfakkar illi kwistjonijiet ma jkunux solvuti billi ninjorawhom jew billi nitfugħuhom taħt it-tapit. Huma sejħu għal dibbattitu li jkun miftuħ u mingħajr preġudizzji biex ikunu esplorati dawk l-oqsma fid-dibattitu kollu dwar l-abort.
L-abort għadha kwistjoni li l-maġġoranza qawwija ta' Maltin għadhom kontra u li dwarha diġa saru ħafna akkużi bejn il-partiti matul is-snin. Minkejja dan is-suġġett ftit li xejn kien diskuss u ftit jidher li hemm aptit politiku li l-abort ikun diskuss ukoll.