Il-pilloli tad-dieta li wassluha sal-qabar

Storja ta' qsim il-qalb hekk kif tfajla tibgħat messaġġ lill-lettur tagħha biex tgħidlu li taħseb illi se tmut ftit wara li ħadet pirmli biex tirqaq. Fil-fatt ftit wara Eloise Parry tmut

Eloise ħalliet din id-dinja wara overdose ta' pilloli tad-dieta (ritratt meħud mis-sit Daily Mail)
Eloise ħalliet din id-dinja wara overdose ta' pilloli tad-dieta (ritratt meħud mis-sit Daily Mail)

Storja ta' qsim il-qalb bħalissa qed iddur fuq is-siti tal-aħbarijiet Ingliżi ftit wara li Eloise Parry, tfajla ta' 21 sena minn Shrewsbury bi storja twila ta' bulimja, ħalliet din id-dinja wara li belgħet numru ta' pirmli biex tirqaq, li jagħmlu ħafna ħsara. ftit wara mewtha kien żvelat messaġġ li bagħtet lill-letturi tagħha li kien jgħid hekk "naħseb għamilt żball kbir u wasalt biex immut". Sfortunatament ftit siegħat wara ħalliet din id-dinja.

Fl-ewwel kummenti lill-midja ommha Fiona qalet li d-dehra "qatt m'għandha tiġi għad-detriment tas-saħħa jew tal-ħajja".

Kien inutli li t-tobba pruvaw kemm setgħu biex jsalvaw lil Parry għax sfortunatament il-pirmli li ħadet kienu għoljin fil-kontenut tossiku tagħhom. Fil-fatt dawn kien fihom id-Dinitrophenol.

Din it-tfajla fil-messaġġ li bagħtet fl-aħħar mumenti ta' ħajjitha fil-messaġġ spjegat kif hi għamlet lejl sħiħ tiekol u taqla l-ikel li tkun kielet biex imbagħad ħadet erba' pilloli, imbagħad ħadet erbgħa oħra x'ħin qamet. Minn hemm bdiet tirremetti sakemm ħakmitha l-biża u saqet sal-isptar. Mewtha ftit wara ħalliet lil bosta f'xokk u rabja,  mhux l-inqas lill-ġenituri tagħhom b'ħafna Ingliżi jesprimu l-kondoljanzi tagħhom.  

More in Politika